Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) magħtul l-avveniment tal-festa tal-Mnarja ipparteċipat fil-Buskett b’differenza.
Wara s-suċċess tal-akbar Wirja tal-Klieb, il-FKNK kompliet biċ-ċelebrazzjoni fejn esebit stand informattiv b’materjal relatat mall-proġetti ta’ konservazzjoni imnieda mill-istess FKNK.
Għall-ewwel darba waqt dawn l-avveniment, l-FKNK negħdiet promozzjoni ‘Il-Kaċċa fil-Kċina - Sostenbli, Organiku, Nutrittiv’ din kienet parti minn kampanja fejn Chef ipprepara u serva kaċċa diversa lill-pubbliku b’,od kumpimentari. B’hekk stajna aktar naqsmu l-esperjenza tal-kaċċa sostenibli fis-soċjeta tagħna.
Fl-istess spazju b’kollaborazzjoni mall-artisti s-Sinjura Marlene Gouder u s-Sur Paul Gauci ġie eżebit xogħol artistiku relatat mall-pajsaġġ naturali Malti. Biex inkomplu nipromwovu l-arti kulturali, membri tal-istess FKNK is-Sur Mario Grima u s-Sur Marco Muscat ħadmu xogħol artiġjanat relatat mall-prattika tal-kaċċa u l-insib fejn ħadmu sfafar tal-pluvieri u gabbjetti rispettivament.
Membri tal-Malta Falconers Club, li hija assoċjazzjoni affiljata mall-FKNK, kienu preżenti bit-tajr tal-priża tagħhom fejn il-pubbliku seta japprezza u jifhrm aktar l-arti tal-prattika tal-falkunerija.
Attrazzjoni oħra kienet is-Shooting Simulator li ġiet armata apposta għal waqt il-festa tal-Mnarja, fejn membri tal-pubbliku ta’ kull eta’ setaw igawdu minn din is-simulazzjoni ta’ sparar virtwali.
Bħal ma tagħmel kull sena, l-FKNK waqt nhar l-Mnarja, telqgħet numru ta’ frieħ tal-gamiem fis-selvaġġ bħala parti mill-proġett kompensatorju ta’ tnissil magħluq u tluq fis-selvaġġ tal-FKNK.
Il-FKNK tixtieq tieħu din l-opportunita biex tirringrazzja lill-mijiet ta’ membri tal-pubbliku li żaru l-istand tagħha, lill-membri voluntiera fi ħdana, inkluż lill-membri tal-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliki u Edukattivi (KRPE), lill-Malta Falconers Club, lill-artisti Sinjura Marlene Gouder u Sur Paul Gauci, lil membri s-Sur Mario Grima u s-Sur Marco Muscat, ic-Chef Bradley Borg u lill-Kumitat Organizzativ tal-Mnarja li mingħajr l-appoġġ ta’ dawn żgur li dan l-jiem ma’ kienux ser ikunu ta’ suċċess.
Коментарі