top of page
Search
Writer's pictureFKNK

Edizzjoni oħra ta’ Field-Trial b’suċċess

Updated: Mar 17, 2023



Is-Sibt, 4 Frar 2023, ‘Gun-Dog Field Trial’ fl-Aħrax tal-Mellieħa – Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) flimkien mall-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti – Mellieħa (GħKNK Mellieħa) u l-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi w Edukattivi (KRPE), Sotto-Kumitati fi ħdan l-istess FKNK, organiżżaw attivita’ li ħadnet regoli Internazzjonali ta’ ‘Gun-Dog Field Trial’, fejn membri tal-FKNK fuq żoni designati, setaw jaħdmu bil-klieb tagħhom fuq summien li kien imrobbi fil-magħluq. L-avveniment kien suċċess għal darb’oħra, fejn ipparteċipaw 35 parteċipant b’daqstant klieb. Il-ġudikaturi kienu t-Taljani ta’ fama internazzjonali, is-Sur Alberto Dandolo u s-Sur Massimo Torelli, li osservaw s-sigurta, l-edukazzjoni u l-etika flimkien mall-kordinazzjoni bejn il-kaċċatur u l-klieb tal-kaċċa tad-diversi razez. Dawn ġew mistiedna mill-FKNK grazzi għall-kollaborazzjoni ta’ l-‘Federazione Italiana Della Caccia’ (FIDC), u s-sħubija li tgawdi kemm il-FKNK kif ukoll il-FIDC mal-FACE (Federazzjoni Ewropea għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni). Peress li din l-attivita’ saret waqt staġun magħluq tal-kaċċa, l-FKNK otteniet il-permessi neċessarji kemm minn naħa tal-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) u kif ukoll mill-Environmental Resources Authority (ERA). Kull parteċipant kien assenjat fuq żona, fejn il-ġurija kelha ħin ta’ 15 il-minuta biex tagħmel assesjar tal-parteċipant u tal-kelb rispettiv għall-kategoriji diversi b’kundizzjonijiet ta’ regoli internazzjonali. Peress li ż-żewġ żoni rispettivi kellom tipoloġijja ġeografika differenti, fejn kien hemm distakk fuq il-punti u l-ġurija ma setghetx tikkonferma lir-rebbieħ ‘overall’, talbet li ż-żewġ parteċipanti li ġabu l-aktar punti minn kull żona rispettiva, jagħmlu finali fuq żona waħda u b’hekk ġie iddikjarat il-parteċipant rebbiegħ assolut. Fil-kategoriji diversi r-rebbieħa kienu:




Ir-rebbieħa ġew preżentati bi trofej u ċertifikati relattivi, kif ukoll ‘tokens’ b’risq il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-istess FKNK. Din l-attivita’ kienet ġentilment sponsojata mill-isponsor ewlieni K9 Enterprises grazzi għad-ditta Versele-Laga, kif ukoll rigrazzjament imur lil Artist Terrace Apartments talli ġentilment ospitaw lil ġurija. Is-Sinjur Massimo Torelli stqar għal darbaoħra l-ġurija hija ferm kuntenta li qed tara sena wara l-oħra l-livell jikber kemm bħala l-etika tal-parteċipant, kif ukoll it-taħriġ tal-klieb. Qal ukoll li huma jħarsu l-quddiem u huma kunfidenti li jaraw rapreżentanza Maltija tipparteċipa waqt il-kampjonat mondjali. Il-FKNK tixtieq tirringrazja lil parteċipanti kollha, u lil kull min ta’ s-sehem tiegħu biex din l-attivita’ kienet oħra ta’ suċċess. Il-FKNK tħares il’ quddiem biex t’organizza aktar attivitajiet bħal dawn, kif ukoll li tara uħud mill-istess parteċipanti jikkompetu fuq livell Internazzjonali.






9 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


bottom of page