top of page
Search

Donazzjoni mill-FKNK lil Jake Vella u l-inizjattiva 'Paw Walk'

  • Writer: FKNK
    FKNK
  • Dec 22, 2022
  • 1 min read

Il-President u rappreżentanti tal-FKNK għaddew donazzjoni sabiħa lil Jake Vella għall-inizjattiva 'Paw Walk' li wettaq b'risq l-annimali abbandunati.


Ilkoll kemm aħna konna ferm inspirati bil-kuraġġ u bil-pożittività ta' Jake f'dawn il-mumenti. Nieħdu din l-okkazzjoni biex nawguraw lil Jake għall-fejqan ta' malajr, kif ukoll nawguraw lil Jake u lill-familja tiegħu għall-Milied u Sena Ġdida mimlija saħħa, hena u sliem.


Min jixtieq jgħin din il-kampanja, jista' jieħu donazzjoni ta' ikel tal-klieb u qtates taħt is-siġra tal-Milied li hemm appenna tiedħol fl-entratura prinċipali tal-isptar Mater Dei.


 
 
 

Commenti


  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black YouTube Icon

© 2024 All rights reserved.

bottom of page