top of page
Search

Suċċess għall-Akbar Edizzjoni tal-Wirja tal-Klieb waqt l-Imnarja

Writer: FKNKFKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) flimkien mall-Kumitat organizzativ tal-Mnarja fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, b’suċċess tella l-24 edizzjoni tal-Wirja tal-Klieb bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa nazzjonali tal-Mnarja.


Il fuq minn 65 parteċipant ipparteċipaw f’kategoriji diversi fl-akbar edizzjoni tal-Wirja tal-Klieb li tiċċelebra r-razez Maltin tal-Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u l-Kelb tal-Fenek. Il-Wirja ġiet imtella f’tinda’ dedikata biex jittellaw diversi wirjiet tal-annimali li jagħmlu parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Mnarja. Din l-edizzjoni ġiet ġġudikata mill-ġurija ta’ fama internazzjonali is-Sur Jackie Stubbs b’kollaborazzjoni mall-Malta Canine Society.


Waqt dan l-avveniment b’inizzjattiva u kordinazzjoni tal-Klabb Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta fi ħdan il-FKNK, żewġ studenti li qed jagħmlu dottorat fuq ir-razza tal-Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta, bdew jagħmlu analiżi ta’ informazzjoni f’dak li jirrigwardja l-morfiloġija tar-razza.


Ir-rebbieħa overall kienu dawn;


Best of Breed - Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta - CIKKA - Salvu Galea

Best of Breed - Kelb tal-Fenek - NINU - Walther Ellul-Bonici


Best Puppy in Breed - Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta - SWEET TINA - Magady Rouse Cutajar

Best Puppy in Breed - Kelb tal-Fenek - SCOOBY - Philip Farrugia


Best Puppy in Show - Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta - SWEET TINA - Magady Rouse Cutajar

Reserve Best Puppy in Show - Kelb tal-Fenek - SCOOBY - Philip Farrugia


Best in Show - Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta - CIKKA - Salvu Galea

Reserve Best in Show - Kelb tal-Fenek - NINU - Walther Ellul-Bonici


Il-FKNK tieħu din l-opportunita’ biex tirringrazzja pubblikament lill-parteċipanti kollha, lil Kumitat Organizzativ, lil Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi w Edukattivi (KRPE), lill-Klabb Klieb tal-Kaċċa ta’ Malta, lill-Malta Canine Society u diversi voluntiera u ħaddiema fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura li kienu strumentali biex tittella l-akbar edizzjoni fl-Imnarja tal-Wirja tal-Klieb.







 
 
 

Comentarios


  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black YouTube Icon

© 2024 All rights reserved.

bottom of page