Għall-perjodu limitat matul ir-rebbiegħa 2024, Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) beħsieba tressaq proposta lill-Ministru konċernat sabiex tkun applikata deroga permezz ta’ artiklu 9.1(b) mid-Direttiva Ewropea tal-“Għasafar” biex issir Riċerka dwar il-passa tal-gamiem matul dan il-perjodu billi jsir insib tal-gamiem permezz tal-meżżi tradizzjonali. Is-segwenti regolamenti se jiffurmaw parti mill-kundizzjonijiet tad-deroga:
- in-nassaba mhux se jżommu ebda gamiema li tinqabad;
- il-kwota nazzjonali tkun ta’ 50 gamiema. Uffiċjali tal-FKNK se jinbrigaw 10 minn dawn b’GPS Tags u jeħilsuhom fis-selvaġġ wara l-eluq tal-perjodu tar-riċerka, filwaqt li l-erbejn l-oħra, li jkunu parti minn kwalunkwe kwota nazzjonali li tista tiġi imposta waqt l-istess perjodu fuq il-kaċċa jekk ukoll ikun miftuħ staġun għall-kaċċa tal-gamiem, jiżdiedu bħala stokk fil-Proġett tal-Gamiem tal-FKNK. Jekk u la darba tintlaħaq il-kwota ta’ 50 gamiema, r-Riċerka tieqaf;
- jekk waqt il-perjodu tar-Riċerka jkun miftuħ ukoll staġun għall-kaċċa tal-gamiem, persuna li jkolla l-liċenzji tal-kaċċa kif ukoll tal-insib trid tagħżel jekk toqodtx għall-kaċċa jew tieħux parti fir-Riċerka;
- kull nassab ikun jista jonsob mansab wieħed biss li jrid ikun diġa rreġistrat mall-awtoritajiet, fejn kull xibka ma tkunx akbar minn 38 metru kwadru, b’ħoloq mhux iżgħar minn 45 millimetru kwadru. Il-mansab jiġi spezzjonat biex jiġi approvat bħala addattat għall-insib tal-gamiem mill-FKNK. In-nassab irid juri li hu attrezzat bl-apparat neċessarju biex jonsob għall-gamiem, kif ukoll li jkollu numru adekwat ta’ gamiem ħaj biex juża għat-taħrik, milliema jista juża kwantita’ li jrid waqt li jkun qiegħed jonsob;
- ebda senter tal-kaċċa ma jkun permess f’perimetru ta’ 50 metru mis-sit tal-insib li jinkludi d-dura rispettiva fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu tar-Riċerka;
- uffiċjal tal-FKNK u/jew tal-WBRU jkun awtorizzat li jkun preżenti fi kwalunkwe sit tal-insib fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe tul ta’ żmien matul il-perjodu ta’ riċerka;
- regolamenti oħra, bħal ħinijiet u ġranet meta tkun tista jsir ir-riċerka, rapportaġġ meħtieġ u kif, kontrol strett, eċċ., jkunu skond il-LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.57 REGOLAMENTI DWAR QAFAS BIEX TIĠI PERMESSA DEROGA, apparti xi regolamenti u aktar dettalji li jistgħu jiżdiedu jekk ikun hemm il-ħtieġa aktar il-quddiem, u dejjem jekk tiġi applikata deroga skond artiklu 9.1(b) mid-Direttiva tal-“Għasafar” biex issir din ir-Riċerka.
Għaldaqstant kull nassab liċenzjat u membru tal-FKNK mħallas 2024 li huwa interessat jipparteċipa f’din ir-Riċerka bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif jidhru hawn fuq, għandu jiġbor din il-Formola mill-Uffiċju tal-FKNK fi ħdan ‘Dar il-Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti’, 138, Triq il-Kunċizzjoni, Msida MSD 1831 mit-Tnejn sal-Ġimgħa 18:00 – 20:00 u s-Sibt 09:00 – 12:00 (l-Għawdxin jistgħu jċemplu fuq 99474503 u tintbagħtilhom il-Formola bil-posta konvenzjonali), u wara li jimla d-dettalji segwenti u jiffirma fejn indikat, għandu jibgħata jew iwassala lill-FKNK fl-uffiċju: ‘Dar il-Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti’, 138, Triq il-Kunċizzjoni, Msida MSD 1831; jew jibgħata bil-posta konvenzjonali: FKNK Kaxxa Postali 26, Sliema SLM 1055; jew jibgħata mehmuża b’email: info@huntinginmalta.org.mt , mhux aktar tard mill-12:00 (nofs-in-nhar) tas-Sibt 9 ta’ Marzu 2024. Kull interess li jasal wara dan il-ħin jew data ma jiġiex aċċettat. F’kas ta’ diffikulta’ ċempel 99474503
SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONI TA’ INTERESS RIĊERKA GAMIEM 2024 Jiena________________________________________________ (Isem u Kunjom) bin-Numru tal-Karta tal-Identita’__________________________ u Numru tal-Mobile__________________ wara li qrajt u fhimt il-kundizzjonijiet, r-regolamenti u d-dettalji l-oħra fis-Sejħa taħt it-titlu t’hawn fuq, qiegħed nissottometti l-interess tiegħi biex nipparteċipa fir-Riċerka, dejjem jekk tiġi applikata deroga skond artiklu 9.1(b) mid-Direttiva tal-“Għasafar” biex issir din ir-Riċerka, billi niffirma hawn taħt: Firma:_______________________________________________ Data:____________________ |
تعليقات