top of page
Search
  • Writer's pictureFKNK

Il-FKNK Torganizza b’Suċċess l-iSparatura tat-Timijiet Tant Mistennija

Il-Ħadd, 30 ta' Lulju 2023, Ranges Nazzjonali f'Ta' Kandja, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) organizzat it-28 edizzjoni ta’ l-akbar Sparatura fuq il-plattini tat-Timijiet li jsir ġewwa l-gżejjer Maltin kull sena. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li l-iSparatura saret fir-Ranges Nazzjonali f'Ta' Kandja. Din is-sena pparteċipaw 19 il-tim minn daqstant għaqdiet u kumitati li huma affiljati mall-FKNK u li jiġu minn diversi lokalitajiet u organiżazzjonijiet minn madwar Malta u Għawdex. Kull min spara, il-114 tiratur, huma membri fi ħdan il-FKNK. Apparti l-kompetizzjonijiet tat-timijiet (fuq id-dixxiplina Dritta fuq 50 plattina) u tal-Individwali, din is-sena reġaw saru ukoll kompetizzjonijiet għat-tiraturi juniors (taħt il-25 sena), veterani (il-fuq minn 55 sena). Il-FKNK trid tirringrazzja lit-tiraturi u lill-voluntiera membri tal-FKNK, li kollha taw sehem biex assiguraw suċċess ieħor ta' din l-iSparatura matul il-ġurnata; lill-caterer SILVER 7; lill-Malta Shooting Sport Federation (MSSF); lil Sports Malta u lir-Referees. Dawn kollha kienu protagonisti biex issir l-akbar sparatura ta’ timijiet f’Malta.




1 view0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page