top of page
Search
Writer's pictureFKNK

IL-FKNK TILMENTA MAL-WBRU DWAR IMNASAB REVOKATI ‘NĠUSTAMENT

Permez tal-avvukati tagħha, l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kitbet lit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) għan-nom ta' numru ta' nassaba membri mal-FKNK biex ilmentat rigward ittra tal-WBRU iddatata 4 ta' Lulju 2023, li fiha dawn l-individwi ġew infurmati li l-insib mis-sit partikolari li kienu rreġistraw biex jonsbu minnu snin ilu, ma huwiex permess. Il-FKNK hija tal-fehma li tali deċizzjoni f'din il-korrispondenza hija inġusta, arbitrarja u bi ksur tal-prinċipji li jolqtu deċizzjonijiet amministrattivi.


Għalhekk, il-FKNK qegħda tissuġerixxi li l-WBRU tissospendi id-deċizzjoni fil-korrispondenza tal-4 ta' Lulju 2023 u testendi ż-żmien li fih dawn l-individwi kollha li rċevew l-istess korrispondenza għandhom japplikaw għall-liċenzja tal-insib sa tlett (3) ġimgħat qabel il-ftuħ tal-istaġun sabiex jingħataw iċ-ċans li jirratifikaw is-sitwazzjoni dwar is-sit.


Fl-opinjoni tal-FKNK din hija burokrazija żejda w ostakoli mill-WBRU meta wara kollox in-numru ta’ imnasab li jistgħu jkunu użati fl-istess ħin ma jiddependiex minn numru ta’ imnasab imma min-numru ta’ nassaba liċenzjati!


3 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page