B’riżultat w insegwitu ta’ laqgħa li delegazzjoni mill-Kunsill tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kellha dalgħodu mall-Onorevoli Ministru Clint Camilleri u t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni tal-Għasafar (WBRU) ġol-Ministeru t’Għawdex, huwa mifhum li n-nassaba liċenzjati li beħsiebhom jonsbu għall-pluvieri u/jew imlivezz, jew jipparteċipaw fir-riċerka dwar l-għasafar tal-għana, għandhom s’għada, s-Sibt 15 ta’ Lulju 2023 sabiex japplikaw u jħalsu f’xi fergħa tal-Maltapost għall-liċenzja/i speċjali, u flimkien mal-applikazzjoni jehmżu pjanta/i ta’ sit/i ta’ mansab/imnassab immarkat/i bl-aħmar li huwa/huma diġa reġistrat/i bit-timbru tal-WBRU.
Eventwalment, f’każijiet fejn jinstabu xi diffikultajiet rigward l-allokazzjoni ta’ xi mansab, ser isir l-istħarriġ neċessarju dwar kull tali mansab sabiex issir il-konferma, ir-revoka jew il-bdil skond il-ħtieġa.
Comments