top of page
Search

AVVIŻ IMPORTANTI GĦAN-NASSABA

Bejn it-Tnejn 23 ta’ Jannar u s-Sibt 4 ta’ Frar, iż-żewġ ġranet inklużi, dawk in-Nassaba li kellhom il-licenzji tal-insib għall-Pluvieri u l-Imlivezz u tar-Riċerka rridu jieħdu l-“FORMOLA BIEX TIRRAPPORTA QBID TA’ GĦASAFAR B’ĊURKETT XJENTIFKU – 2022”, li kienu rċevew mall-liċenzja, ANKI JEKK VOJTA, u jixtru ċrieket, bi prezz ta’ €0.50 il-wieħed, biex jitlibsu fuq l-imlivezz u/jew il-pluvieri li setgħu qabdu kif iddikjarat fuq l-ittra li għadhom kif irċevew mill-WBRU. Dan irid issir fil-Fergħa tal-MaltaPost tal-Marsa (Malta), u jittieħdu l-aħħa ittra tal-WBRU; l-FORMOLA msemmija hawn fuq; u l-Karta tal-Identita’ tan-Nassab jew l-Liċenzja Ġenerali tal-Insib. Jekk imur xi ħadd minflok in-nassab għandu/għanda j/tieħu d-dokumenti kollha msemmija.

Skond il-WBRU, min ma jagħmilx dan, fil-perjodu stabilit, jitlef id-dritt għall-liċenzja speċjali tal-insib għall-istaġun/i li jmiss, kemm tal-insib kif ukoll tar-riċerka.

9 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page