top of page
Search
  • Writer's pictureFKNK

APPLIKAZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-FKNK TA' SIĠAR U ARBUXELLI

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti – Malta (FKNK) b’kollaborazzjoni ma’ Ambjent Malta ngħediet kampanja għall-membri tal-FKNK biex nippromwovu aktar tħawwil ta’ siġar u arbuxelli madwar il-gżejjer Maltin.


Din l-iskema ser tkun qed toffri siġar u arbuxelli b’xejn bħal; Żebbuġ, Rummien, Tin, Rand, Ċitru, Ħarrub, Ballut, Virġi, Ċipress, Żnuber, Deru u Riħan. Kull applikant huwa intitolat li japplika għal massimu ta' 50 xitla.


Obbligi għal applikant huma li;


- tassigura li tieħu ħsieb is-siġar b’mod xieraq;

- is-siġar jitħawwlu f’post adegwat;

- jittieħed ritratt tax-xitel meta jitħawwlu;

- jingħata permess għal aċċess lil uffiċjali ta’ Ambjent Malta biex jiġi verifikat li tħawlu is-siġar;

- jekk is-siġar jmutu, siġar oħra għandhom jitħawwlu għas-spejjez ta’ l-applikant;

- mall-applikazzjoni għandu jkun hemm pjanta uffiċjali bi prova li l-applikant iħaddan xi forma ta’ titlu tal-art.


Kull min hu interessat li jibbenifika minn din l-iskema, għandu iniżżel din l-applikazzjoni https://bit.ly/3OmfXP5 u jibgħata b’email fuq secretary@huntinginmalta.org.mt jew bil-posta lill-FKNK fl-indirizz; 138, Triq il-Kunċizzjoni, Msida. MSD 1831


L-Iskema ser tibqa' miftuħa sall-Ħamis 7 ta’ Settembru 2023




6 views0 comments

Recent Posts

See All

Commentaires


bottom of page